Baħar ta’ Nkwiet…

Ma ngħidlekx xi nħoss meta nara tifel wiċċu ‘l isfel fil-baħar. Jew meta ntellgħu kemm nistgħu nies fuq il-vapur, u nafu li meta nerġgħu mmorru lura biex insalvaw lill-oħrajn, x’aktarx li mhux ħa nsibuhom hemm kollha. Dawn in-nis mhux dejjem ikunu jafu jgħumu; u anqas li kieku, wara dak li jkunu għaddew minnu, ma jibqqalhomx saħħa jaqdfu… 

Dawn kienu biss ftit mill-kummenti li smajt mingħand l-ekwipaġġ tal-vapur Phoenix, il-vaxxell li bih Il-Migrant Offshore Aid Station (MOAS) toħroġ fl-ibħra biex tipprova ssalva lil dawk li mingħalihom ikunu riesqin lejn futur aħjar, iżda spisss jispiċċaw mgħarqin.

L-okkażjoni kienet il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali; it-tema li ntgħażlet mill-Papa Franġisku għal din is-sena kienet Komunikazzjoni u Ħniena; dwar dan kellimna l-Eċċellenza tiegħu L-Isqof Charles J Scicluna. Fakkarna li saħansitra fil-Bibbja hemm xhieda ta’ kemm Malta tilqa’ lill-barrani.

Saħaq li jinħtieġ li Malta turi lid-dinja xi jfissru l-kelm ħniena, aċċettazzjoni u tolleranza, u fakkar lilna l-ġurnalisti li għanda dmir li nqajmu kuxjenza dwar din il-pjaga moderna. Hemm bżonn li l-komunità globali tqiss l-individwu, u mhux il-massa ta’ nies li ma tispiċċa qatt.

moas

Il-MOAS twaqqfet fl-2013; it-tim ta’ 23 ruħ salva ‘l fuq minn 13,000 ruħ. Kulll min qatt ħadm, jew għamel xi żmien ta’ volontarjar, fuq dan i-vapur, jifhem bis-sħiħ il-kliem tat-talba ta’ San Franġisk; meta nagħtu, aħna naqilgħu.

Aħna li tajjeb jew ħażin, uljum insibu x’nieklu u fejn ninħaslu u norqdu, ma nistgħux nifhmu xi jfisser li tant tkun iddisprat li tqanċeċ u tfaddal, kultant għal snin twal, biex titlaq minn artek b’ta’ fuqek senduqek u ma tafx x’hemm quddiemek. Hawn xi ħadd minna li lest jgħum imqar s’Għawdex…wara li jwadddbuh minn vapur bil-lejl… wara jum ta’ xemx taqli… bla ma jkun trejjaq imqar b’loqma ħobż?

Forsi jkun hawn xi erbgħa ħelwin li jwieġbu iva… iżda ntenni li dawn l-ostakoli li semmejt ma jfissru xejn, xorta, għax aħna m’aħniex fi stat vulnerabbli; aħna nafu li wara l-battikata li nkunu ħadna, ser immorru lura d-dar tagħna bla ma għandna għalfejn nagħmlu  eżamijiet mediċi, i, inwieġbu għadd ta’ mistoqsijiet dwar min aħna u minn fejn ġejna, u naqsmu l-alloġġ ma’ oħrajn li jobgħoduna għax m’aħniex mill-istess pajjiż tagħhom, jew tal-istess fidi tagħhom.

U bilħaqq…mhux ser inkunu għaddejna minn trawma li rajna lill-maħbubin tagħna jerqgħu, jew lin-nista tagħna stuprati minn min hu iżjed b’saħtu minna – u ħadd m’hu ser jarmilna t-tarbija l-baħar għax ma riedetx tiskot mill-biki. Ħadd m’hu ser itina b’ħadida f’rasna għax aħna nsemmu l-kelma Malta, u mhux Italja.

“Irrid nagħmmel enfasi li l-ħniena għandha tkun tanġibbli, mhux kelma fiergħha. Intom il-ġurnalisti, kittieba, opinjonisti, u preżentaturi għandkom missjoni importanti, u tagħmlu l-parti tagħkom biex il-fluss ta’ tagħrif u opinjonijiet li fluss li jeżistu ma jkunux imċajprin u barra minn posthom. Il-ħajja hija prezzjuża.” Hekk qalilina l-Eċċellenza tiegħu. “Irridu nibnu pontijiet, mhux ħitan. Irridu nifħu qluba, u mhux biss il-bibien tagħna, u nuru mogħdrija u solidarjetà. Ejjew ma nibżgħux mir-realtà ta’ madwarna. Jinħtieġ li nedukaw liż-żgħar u lil kbar f’kultura li tilqa’ u taċċetta lil ħaddieħor.”

96a39286b662bc09fe7d7ad007505a7f

 

 

 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s