Għax qed ngħidlek …

Vinceienne dejjem għandha raġun. Jekk turiha silġa, hi tgħidlek ilma ffrizat. Jekk turiha libsa griża, tgħidlek li kienet sewda u tilfet il-kulur għax naxruha fix-xemx.

Jien nitbissem, nismgħha tirraġuna imma hemm nies li jgħidu li tagħmillhom demmhom ilma. Fix-xogħol tagħħa, iżda, hu meħtieġ li Vinceienne dejjem ikollha raġun. Tant hu hekk li meta iltqajna dan l-aħħar qagħdet tfehmni kif tagħmel biex, bil-hlewwa insidjuża tagħha, iġġiegħel lil dak li jkun jibda jaħsibha bħalha jew, almenu, ibiddel fehmtu.

Kulmin għandu t-tfal, ħadem magħħom jew almenu jaf xi tnejn, jaf kemm kultant ikollhom rashom iebsa. Iridu jilbsu jeans imqatta’ għat-tieġ tal-kuġin… X’taqbad tagħmel? Jekk tgħidilhom li jkeċċuhom, jgħidulek aħjar, ħalli jkomplu jilagħbu bil-kompjuter. Tgħidilhom li jkunu koroh fir-ritratti, jgħidulek mela ma nieħdux rirtatti. Tgħidilhom x’tgħidilhom, għandhom risposta.

Imma kieku Vinceienne tagħtihom għażla: jeans u ġimgħa bla baħar u bla kompjuter jew qalziet pulit u darbtejn baħar u darba bandli? Qed tirrikattahom iżda kultant hemm bżonn xi ħaġa drastika biex jobduk. U Vinceienne ma tathomx l-għażla li ma jmorrux it-tieġ.

Issa hi tgħid li min jagħmel hekk għandu jkun lest li jaċċeta li t-tifel jilbes li jrid hu għax lest li jiċċahhad mill-baħar u mill-kompjuter. Dak li jagħti l-għażla jrid ikun lest li iwettaq il-wiegħda mhux għax jitħassar lit-tfal jew jagħmlu xenata, iċedi.

Vinceienne taf li kulħadd, bla eċċezzjoni, ikollu jieħu għadd ta’ deċiżjonijiet kuljum. L-għan tagħha hu li dawn id-deċiżjinijiet ikunu kif tixtieqhom li jkunu hi.

Għallmitni li x’aktarx l-ewwel sentenza li nisimgħu taffettwana iżjed minn dak li jiġi warajha. Għalhekk fl-aħbarijiet nisimgħu ‘opinjoni’ u imbagħad min qalha. Jekk nisimgħu min qalha qabel, jekk l-isem ma jkunx idoqq għal widnejna, ma nagħtux kas dik l-aħbar! L-istess meta naraw prezz ta’ dar. X’aktarx li jkun għoli biex aħna niġġebdu imma f’moħħna jkollna dak il-prezz u “kemm se niffrankaw”.

Vinceienne għandha ħabta tgħidlek li “n-nies mhux bħalna” biex int taħseb li, bħalha, int membru ta’ xi klabb esklussiv li qatt ma tidħqu b’ħadd u li jistħoqqilhom l-aħjar. Tgħidlek ukoll li dak li qed tgħid mhux suppost qalitulek imma ħadet grazzja miegħek. U taf int. B’hekk isaħħaħ l-impressjoni li tkun tagħtek li intom membri tal-istess klikka.

L-ironija hi li ftit wara tgħidlek li “kulħadd hekk jagħmel” biex int tħossok sew li qed tagħmel dak li wasslitek għalih bil-ħlewwa falza tagħha. “Iva” tgħidlek u titbissem biex int tħossok ġenju li għamilt dak il-kumment. Fl-istess ħin tinjora dak li jidhrilha li int m’għandekx tkun taf bħal meta tmur tixtri kompjuter u meta tasal id-dar tinduna għax kien qisu qed jaħbi xi ħaġa tal-ħanut. M’għandekx Word u trid tħallas barrani biex tistallah.

Vincienne isserraħlek moħħok li jekk jinqala’ xi ħaġa “tirranġalek”. Ma tgħidlekx iżda kemm se tiswielek. Ma tgħidlekx, jekk taf tgħidlek, “Naf li għedtlek li ħa nirranġalek imma ma nistax, emminni…”.

Kos, qed ngħid, Vinceienne qisha x-xitan. L-ewwel tagħmik, imbagħad iddoqq it-trumbetta bik!

Advertisements

One thought on “Għax qed ngħidlek …

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s