X’inhi l- Imħabba?

 

Image result for blue silk ribbon

 
Frar – ix-xahar meta kulħadd jitkellem fuq l-imħabba; iżda x’inhi l-imħabba ta’ veru?

 

Għalliema f’Wied Berquq kienet waslet fit-tmiem tal-aħħar sena tagħha qabel ma toħroġ bil-pensjoni.  Qatgħetha li tuża żigarelli koħol biex tirringrazzja u fl-istess ħin tfaħħar lit-tfal tal-klassi tagħha talli flimkien kienu għaddew sena li hi qieset l-iprem li qatt kellha.

 

Xtaqet turihom li hi kienet tgħallmet minnhom daqskemm huma kienu tgħallmu mingħandha.  F’kull wieħed u waħda minnhom sabet xi ħaġa xi tfaħħar.  Min għax kien qalbu tajba; min għax kien dejjem b’xagħru mimxut pulit, min għax dejjem bi tbissima; min għax kien tgħallem jaqra sew.  Maż-żigarella li tat lilhom, tathom tnejn żejda biex huma jgħadduhom lil ħaddieħor, b’messaġġ lit-tieni persuna biex jgħaddi t-tielet waħda lil ħaddieħor.  B’hekk iċ-ċirku ta’ mħabba u apprezzament jinfetaħ iżjed ʼil barra.

 
Lanqas biss laħqet daqqet il-qanpiena li wieħed mis-subien ma żgiċċax lejn il-ħanut tal-ikel ta’ ħdejhom, u sab lill-kok.  Qallu, “Ara, din, talli darba meta għaddejt minn ħdejk filgħodu u staqsejtni kontx ħadt kolazzjon, u jekk tiftakar, kont għidtlek li ma kellix min jagħmilli, u int tajtni ħobża u għidtli biex xi darba nħallsek, u minn dakinhar ʼl hawn, bqajt tnewwilli ħobża kuljum.  Biex nurik kemm jien grat għamilt l-almu tiegħi u bdejt nistudja ħafna.  Issa, hawn ara, għandek żigarella oħra biex tagħtiha lil xi ħadd li għamillek il-ġid, lilek ukoll.”  U hekk ġara.  Il-kok fiehem b’dak li kien ġara lis-sid tal-istabbiliment, u talbu permess biex jagħtih kwarta frank.  Telaq jiġri kemm jiflaħ lejn il-bank, u talab biex ikellem lill-maniġer.

 
Filwaqt li newwillu ż-żigarella qallu, “Tiftakar meta ġejt għandek biex nissellef il-flus ħa nixtri vann biex inkun nista’ nwassal ix-xogħol li nkun ħdimt, għax ridt naqla’ xi ħaġa żejda biex infaddal għax ridt niżżewweġ?  Tiftakar li int fassaltli pjan finanzjarju biex inkun nista’ nħallsu bla ma ndum wisq u neħel ħafna imgħax?  Mela, din iż-żigarella għalik!” u spjegalu x’kienet tfisser.

 
U l-maniġer, li kien għoddu nesa’ l-ġrajja tal-kok, fis ftakar.  U hemeż iżżigarella mal-flokk.  Meta daħal id-dar, sab lit-tifel tiegħu iħawwad xi ħaġa fuq in-nar.  Minn mindu kienet mietet il-mara, x’aktarx li dejjem ikel tal-friża kienu jieklu, għax ebda’ minnhom ma kien jaf isajjar.  Iżda llum, kienet ġrat xi ħaġa speċjali lilhom it-tnejn.  Kien hemm riħa ta’ brodu tat-tiġieġ tagħqad fuq id-difrejn.  Il-missier, bla kliem xejn, resaq lejn ibnu u ħaddnu.  U t-tifel ħass fawra tielgħa għal wiċcu, kemm għax missieru kien ilu s-snin ma’ jħaddnu, kif ukoll għax ra li fuq il-pavru tal-ġlekk kien hemm iż-żigarella li bħalha kien ta tnejn minnhom lill-kok.

 
“Pa!  Dik minn fejn ġibtha?” temtem.  “Dik, ibni?  Dik tahieli lkok tal-ħanut ta’ ħdejn l-iskola.”  U hawn it-tifel induna li dik kienet tabilħaqq it-tielet żigarella tiegħu.  Int, li qed taqra din l-istorja, jekk tħares madwarek, kemm għandek il-ħila ssib nies li ħaqqhom żigarella?

(Kitba ta’ Tanja Cilia u meħuda mir-rivista Sagħtar ta’ Frar 2008)

http://saintfrancissecondary.com/wp-content/uploads/2013/05/FORM-2-MALTI-EZAMI-TA-NOFS-IS-SENA.pdf

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s