Iva, iva… imma…forsi…aħjar le

Time Table

 

L-struzzjonijiet li hemm fil-Bibbja ma jistgħux ikunu iżjed ċari minn hekk – ħallu li l-iva tagħkom tkun iva, u li l-le jkun le.

Għalissa ser ninjoraw il-parti l-oħra tal-paragrafu, li tgħidilna biex ma naħilfu b’xejn, għax inkella ikkundannati. Dan għax is-sentenza sejri noħorguha mill-kuntest u  nużawha għal xi ħaġ’oħra.

Kważi kuljum, niltaqgħu ma’ xi ħadd li jgħidilna… ommi ma x’ġenn ta’ ħajja.  Ma nustax inlaħħaq.  Xogħol, xiri, tfal, ġenituri, tisjir, privatijiet…anqas cans niekol bilqegħda u naħsel xagħri m’għandi…  bħallikieku xi ħadd ser iwaħħlilhom midalja mal-pavru bħala rikonoxximent li qegħdin qishom jissagrifikaw ħajjithom għal ħaddieħor.  U, x’aktarx li jżidu… u jaħassra dejjem bla nifs, qisni ċippitatu, minn haawn għal hemm minn hemm għal hawn

Għaliex huwa daqshekk diffiċli għalina li ngħidu issa daqshekk? Għaliex irrridu nokupaw kull sekonda ta’ ħajjitna b’xi ħaġa x’nagħmlu… u nuggistifikaw ruħna billi ngħidu li qed naħdmu għall-familja, jew biex nagevolaw lil ħaddiehor… iżda qatt ma nsemmu li nħosssu sodisfazzjon kbir meta xi ħadd ifaħħarna ta’ dak li nagħmlu, biex nidhru li aħna ta’ qalb ħelwa u umli?

Hemm ambigwità fin-nofs.  Jgħidulek li għajjenin, mma meta tgħidilhom biex ineħħu dak li mhux assolutament meħtieġ minn ħajjithom, jgħidulek “U ma tarax… inkella nidher kerha… inkella ma jkonniex flus biex insiefru fis-sajf… inkella ma jkollix iex inbiddel l-għamara  kull meta jfetttilli…”

Mela, jew ingerger għax m’għandix minuta b’xejn x’nagħmel fiha, jew nisħaq li hemm irrid li nkun.

Mhux faċli li nitilqu kważi kollox u ngħixu ħajja minimalista… inżommu, nużaw, u nieklu biss dak li għandna bżonn.  U mhux dejjem tkun tista tevita xi dmirijiet jew ċirkostanzi li jillimitaw l-għażliet tiegħek.  U barraminhekk, mhux kulħadd jaf iqassam il-ħin sew.

Xi uħud donnhom jaħsbu li iżjed ma jkollok x’tagħmel, ‘l hawn u ‘l hinn, iżjed int importanti u indispensabbli.  Meta jgħidu li int “dejjem sejra”, tagħmel wiċċ ta’ martri, li jfisser bejn wieħed u ieħor “Allaħares ma kontx jien għalihom  għax keiku l-art ħamra u l-firien jiġru…”  Naraw x’nivvintaw biex ilpkalendarju jkun ġiġifogu sħih ta’ kliem u kuluri – għax kull membru tal-familja jkollu pinna l-istess kulur bħall-ixkupilja tans-snien, biex jikteb biha l-impenji tiegħu.

U qisu li dan ma kienx bżżejjed, inżidu  distrazzjonijiet oħra biex jekk ikun hemm xi ħames minuti vojta, dawn jimtlew ukoll.  Mhux biżżejjed il-ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa. Irridu l-gym, il-kompjuter, il-ħarġiet mal-ħbieb, jekk ma jkollniex l-għajnuna fil-paarrocca jew fil-każin jew fil-klabb.

Naraw tfal jagħmlu l-homework waqt li jaraw it-televixin u sewwieqa jieklu waqt li jżommu it-tmun b’id waħda… u jiftaħru li l-multitasking tagħhom hua sinjal ta’ progress u ta’ “kemm jafu”.

Fil-ktieb Lessons In ‘Essentialism’: Getting More Out Of Life By Doing Less, Greg McKeown jgħidilna li biex ikollok kollox, u tagħmel kollox, m’għandux għalfejn ikollok kollox u tagħmel kollox. Isostni li għandna nsegwu biss dawk l-affarijiet li huma verament importanti – u neliminaw kull ħaġ’oħra li ttellifna minnhom.

Għandek bżonn ħames dbielet suwed u sitt ġgieget beige? Għandek bżonn 50 tazza fl-armarju?  Għandek bżonn tkun f’għaxar kumitati, u ma tattendix għall-lqgħat kollha għax ikunu fl-istess ġurnata u fl-istess ħin, imm jiskużawk għax jafu li int bniedem imħabbat?

Forsi fl-aħħar mill-aħħar , ikun iżjed faċli għalina li nduru fuq il-fus ta’  “għandi x’nagħmel” milli nsibu ruħna waħedna mal-ħsibijiet  tagħna. Min jaf?

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s