In-Nanna Kitty Tirrakonta: Ħaxix Ikħal

Mela darba kien hemm ħmar, li bħal kważi l-ħmir kollha, kien jaħseb li jaf kollox. Mar fuq it-tigra, u qalilha, ‘Ara, hi, kemm hu sabiħ dan il-ħaxix ikħal.’

It-tigra ħasbitu qed jiċċajta, u qaltlu, ‘Ħaħa, tajba din. Qed tirrecta li int professor tal-imbarazz, jaqaw?’

Il-ħmar baqa’ jinsisti. ‘Il-ħaxix huwa blu.’

It-tigra wieġbet: ‘Le, il-ħaxix huwa aħdar.’

Id-diskussjoni saħnet, u t-tnejn iddeċidew li jmorru għall-arbitraġġ, u għaldaqstant marru quddiem l-iljun, irRe tal-Ġungla, li diġà kien issapona x’ġej, meta rahom jargmentaw sakemm waslu ħdejh.

Il-ħmar beda jgħajjat: ‘Altezza, hux veru li lħaxix huwa blu?’

L-iljun wieġeb: ‘Tabilħaqq, il-ħaxix huwa blu.’

Il-ħmar naħaq. ‘It-tigra ma taqbilx miegħi, u qed iddejjaqni. Jekk jogħġbok, tih kastig.’

Ir-Re iddikjara: ‘It-tigra se tiġi kkastigata b’ħames snin silenzju.’

Il-ħmar qabeż bilferħ u kompla triqtu, joqmos u jirrepeti: ‘Il-ħaxix ikħal…’ għal elf darba.

It-tigra staqsiet lill-iljun: ‘Maestà, għaliex ikkastigajtni? Wara kollox, int taf daqsi li l-ħaxix huwa aħdar.’

L-iljun wieġeb:  ‘Fil-fatt, il-ħaxix huwa aħdar.’

It-tigra staqsiet: ‘Mela għaliex qed tikkastigani?’.

L-iljun wieġeb: ‘Dan m’għandu x’jaqsam xejn mal-mistoqsija dwar jekk il-ħaxix huwiex blu jew aħdar. Il-piena tajtjhielek għax mhux sew li ħlejqa kuraġġuża u intelliġenti bħalek, taħli l-ħin targumenta ma’ ħmar, u fuq kollox tiġu u ddejqu lili b’dak l-argument banali. Anqas irrid nemmen li wasalt s’hawn, int.’

L-agħar ħela ta’ ħin huwa meta wieħed jargumenta ma’ xi ħadd rasu marbuta; xi fanatiku li ma jimpurtahx mill-verità jew mir-realtà, iżda biss li jirbħu it-twemmin u l-illużjonijiet tiegħu. Qatt taħli ħin fuq argumenti li ma jagħmlux sens…’

Hemm nies li, irrispettivament minn kemm nippreżentawlhom provi u evidenza, ma jammettux li għandhom żball, u oħrajn mimlija mibegħda u rriżentiment;  kulma jridu huwa li xi ħadd itihom ir-raġun.

Meta l-injoranza tħambaq, l-intelliġenza tibqa’ siekta. Il-paċi u s-serenita tiegħek jiswew ferm. ❤️

Leave a comment