Dinja Għalija: Il-Manifest Tal-Manifk

http://www.inewsmalta.com/blogarticle.php?ID1=5532

Frar 23, 2013 09:23

 

Ħuti Maltin, kif tafu, jien għandni ġejn minn Kolorado. Issa hemmhekk, in-nies huma progressivi u ultra-liberali, mhux bħalna hawn, għadna ta’ wara l-muntanji.
Ngħidilkom is-sew, qed inħossni kburi li lili għażluni bħala r-rapreżentant liberali-progressiv t’hawn Malta, għax kieku għażluni bħala rapreżentant liberali, ħeqq, għal raġjunijiet ovvji ma kontx inkun nista’ naċċetta.
Alemnu, hekk, barra li se noħrog bħala indipendenti, issa għandi wkoll partit barrani kbir u b’saħħtu li żgur għandu jżidli l-fens tiegħi għax jafu li jien bis-serjetà qed noħodha din l-elezzjoni, mhux bħal xi uħud li aħjar ma nsemmihomx għax jieħdu għalihom (u tant huma vavi li jagħmluli xi libell daqs tazz’ilma),.
Issa jien, tafu li għalkemm qbiżt is-sebgħin sena, għadni mhux ftit fuq tiegħi, u jekk tarawni fit-triq, tafu kemm jien inħobb inżomm ruħi, u tindunaw kemm nonfoq flus fl-aftershave.
Iżda ħallina minn dan – l-imaġe mhux kollox.
Li rrid ngħidilkom illum hu li se nżied ftit affarijiet mal-manifest li kelli d-darba l-oħra.
Ikkonsultajt mal u biex ngħidilkom, din il-verżjoni, li fassal dan dehret fuq il-websajt tal-Università ta Colorado.
Tassew tagħmel sens. Anzi ngħid li tagħmel sens iżjed minn dawk il-ħafna korsijiet tas-self-defence li jiswew il-belli liri u jitħallsu lill-barranin. Aħna l-patrijotii rridu li flusna jibqgħu hawn Malta, u mela hekk, itiru u jisfumaw u jisfaxxaw?
Mela, din il-parti tal-manifest tirrigwarda r-rakkomandazzjonijiet dwar x’għandha tagħmel mara meta tħoss li tkun se tiġi aggredita.
Għalissa, punti biss, imma meta nkun fil-gvern jien, issir liġi u min ma jobdix, jeħel multa sew.
It-tattiċi li ssuggerixxa l-kandidat Repubblikan Joe Salazar jinkludu li mara li tħoss li tkun fil-periklu għandha tagħmel ta’ bir-ruħha li “ma tiflaħx” jew li għandha xi marda, li aħjar tinsinwa li hi xi STD (dan qed ngħidu jien, tafux, għax jien, ma nafx għedtilkomx diġà, jien insomma progressiv u ultra-liberali, mhux bħal xi uħud hawn, li għandhom rashom marbuta u għadhom jgħixu fil-Medju Evu),.
Insomma, jekk l-agressur ma jemmnekx, ara kif tagħmel u għaddi ftit tal-ilma jew irremetti.
Naturalment, ovvjament, m’għandniex xi ngħidu, tistgħu twerżqu jew tippruvaw taħarbu, iżda dan mhux dejjem possibbli. Forsi jirnexxielkom tigdmuh, imma jekk ikun liebes tracksuit, forsi ma tkunux tistgħu issibu id jew sieq mikxufa.
In-nisa, heqq, ma jafux jisparaw, u jekk ikollhom xi arma tan-nar kapaċi tieħu waħedha jew jisparawha bi żvista jew bi traskuraġni, allura aħjar tobdu lili u tisimgħu minn Joe Salazar. Aħna naf x’inhu l-aħjar għalikom.
Inkella morru f’xi telefon pubbliku u ċemplu, jew inkella użaw il-mobajl. Bilfors irid ikollkom wieħed. Għax jekk jiġrikom xi ħaġa jkun tort tagħkom għax m’għandkomx telefon ċellulari.
Hawn ta’ min jgħid li r-Repubblikana Polly Lawrence qabżet fin-nofs biex tikkritika dawn il-ħsibijiet sublimi. U ajma kemm hawn min iħobb jiddeffes. Din għax mara taħseb li tifhem fl-affarijiet tan-nisa.
Il-ħmerija hi li Salazar ta ftit kasha u talabha skuża talli qal li qal. Imma insomma, jien naf li xorta għandu raġun.
Issa darb’oħra ngħidilkom xi ħaġa oħra.